It-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Baruk 5:1-9
Salm: 125(126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6
It-Tieni Qari: Fil 1:4-6,8-11
L-Evanġelju: Lq 3:1-6
Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert.
U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet, kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Iżaija: “Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu. Kull wied jimtela, kull muntanja u għolja titbaxxa, il-mogħdijiet mgħawġa jiddrittaw, u t-triqat imħarbta jitwittew. U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla!”.