Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġuda 17:20b-25
Salm: 
62 (63):2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mk 11:27-33

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien. Weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? Weġbuni.” Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu: “Jekk inweġbuh: ‘Mis-sema’, jgħidilna: ‘Mela għaliex ma emmintuhx?’ Mela ngħidulu: ‘Mill-bnedmin?’”

Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta. Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu: “Ma nafux.” U Ġesù qalilhom: “Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.”

Qaddis tal-jum: San Ġustinu, martri