San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 2 Kor 9: 6-10
Salm: 111: 1-2.5-9
L-Evanġelju: Ġw 12: 24-26
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.
Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, lilu Missieri jweġġaħ.”