• San Mattew 11:16-19

      Ġesù qal lill-folol: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil   qabda  tfal  bilqiegħda   fil-pjazez   jgħajjtu  lil   sħabhom u jgħidu:

                              ‘Daqqejnielkom il-flawt,
                              u ma żfintux,
                              għannejnielkom in-niket,
                              u ma bkejtux!’

      Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.” 

      Qaddisin tal-jum: San Damasju I, Papa u Santa Maria Maravillas de Jesús