-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: Iż 40, 25-31
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8 u 10L-Evanġelju: Mattew 11, 28-30
-
F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.
Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.