-
-
Qari tal-jum
-
L-Ewwel Qari: 1 Ġw 5, 14-21
Salm: 149, 1-2.3-4.5 u 6a u 9bL-Evanġelju: Ġw 3, 22-30
-
F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mad-dixxipli tiegħu fl-art tal-Lhudija, u baqa’ hemm magħhom jgħammed. Ġwanni wkoll kien qiegħed jgħammed f’Għajnun, qrib Salim, għax f’dik in-naħa kien hemm ħafna ilma; u n-nies kienet tiġi biex titgħammed. Sa issa lil Ġwanni kienu għadhom ma tefgħuhx fil-ħabs.
Ġara mela li d-dixxipli ta’ Ġwanni tlewmu ma’ wieħed Lhudi fuq ir-rit tal-purifikazzjoni, u ġew għand Ġwanni jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu”.
Ġwanni weġibhom: “Ħadd ma jista’ jirċievi xi ħaġa jekk ma tingħatalux mis-sema. Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li: “jien m’iniex il-Messija”, imma biss li: “jien kont mibgħut qablu”. Dak li għandu l-għarusa huwa l-għarus; imma l-ħabib tal-għarus, li jkun ħdejh u jisimgħu, jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-għarus. U dan hu l-ferħ li bih qalbi mtliet. Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena”.