Qari tal-Jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:13-25
Salm:
88 (89):2-3,21-22,25,27

L-Evanġelju: Ġw 13:16-20

Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”. Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu. Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili, u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni”.

Qaddisin tal-jum: San Nerew u San Akille, martri, u San Pankrazju, martri.