Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Iż 48:17-19
Salm: 1:1-2,3,4 u 6
L-Evanġelju: Mt 11:16-19
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: ‘Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!’
Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu: ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”
Qaddisa tal-jum: Santa Luċija, verġni u martri