Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 4:12-21
Salm:
96 (97):1-2,5-6,11-12

L-Evanġelju: Lq 11:27-28

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”

Qaddis tal-jum: San Kallistu, Papa u martri