Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 12, 31 – 13, 13
Salm: 32 (33), 2-3.4-5.12 u 22

L-Evanġelju: Lq 7, 31-35

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!”. 

Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li “għandu fih xitan”. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu: “Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!” Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu”.

Qaddisin tal-jum: San Kornelju, Papa u San Ċiprijanu, Isqof, Martri