• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 13-20
    Salm: 104 (105) 1u 5. 8-9.24-25.26-27

    L-Evanġelju: Mt 11, 28-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal: Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

    Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.