• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 5, 27-33
    Salm: 33 (34), 2 u 9.17-18.19-20

    L-Evanġelju: Ġw 3, 31-36

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha.

    Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità. Għax dak li bagħtu Alla jgħid il-kliem ta’ Alla, għax Alla ma jagħtix l-Ispirtu bil-kejl. Il-Missier iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f’idejh. Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’ dejjem; iżda min ma joqgħodx għall-Iben ma jarax il-ħajja, imma tibqa’ fuqu l-korla ta’ Alla”.

    Qaddis tal-Jum: San Atanasju, Isqof u Duttur tal-Knisja