San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Efesin 4: 1-7.11-13
Salm: 18: 2-5
L-Evanġelju: Mt 9: 9-13
F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? Hu semagħhom u qal: ‘It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri ‘Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.