Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Prov 21, 1-6.10-13
Salm: 118 (119), 1.27.30.34.35.44
L-Evanġelju: Lq 8, 19-21
F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”.
Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”.