Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 20:1-4,11 – 21:2
Salm:
83 (84):3,4,5-6a u 8a

L-Evanġelju: Lq 21:29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu. Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix”.

Qaddisa tal-jum: Santa Katerina ta’ Lixandra, Verġni u Martri