• San Ġwann 14:27-31A
    Ġesu qal lid-dixxipli:

    Jiena nħallilkom is-sliem;
    nagħtikom is-sliem tiegħi;
    ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja.
    Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’.
    Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom.
    Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier,
    għax il-Missier hu akbar minni. 
    U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. 
    M’iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej.
    Kontra tiegħi xejn ma jista’ jagħmel; 
    iżda ħalli d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-Missier
    u li nagħmel kif ordnali l-Missier.
    Qaddis tal-jum: San Kletu