• San Luqa 6:36-38 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: 

    “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom. Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra. Agħtu, u jingħatalkom.

    Kejl tajjeb, marsus, mheżżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom”.