Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Esd 6, 7-8.12b.14-20
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5

L-Evanġelju: Lq 8:19-21

F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla.

Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”. Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”.

Qaddisin tal-jum: San Kosma u San Damjan, martri