Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5; 2:2
Salm:
123:2-5,7b-8

L-Evanġelju: Mt 2:13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi. B’hekk seħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni’. Erodi mbagħad meta ra li l-Maġi kienu għaddewh ta’ tifel, inkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betleħem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subien kollha ta’ minn sentejn ’l isfel, skont iż-żmien li sar jaf minn għand il-Maġi. Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija, meta qal, ‘F’Rama nstema’ leħen, biki u lfiq kbir: Rakel tibki ’l uliedha, u ma tridx min ifarraġha, għax ma għadhomx iżjed’.

Qaddisin tal-jum: Il-Qaddisin Innoċenti Martri