• San Ġwann 16:12-15
    “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom,
    imma għalissa ma tifilħux għalihom.
    Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità,
    iwassalkom għall-verità kollha;
    għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu,
    imma jgħid dak li jisma’,
    u jħabbrilkom il-ġejjieni.
    Hu jagħtini glorja,
    għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.
    Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi.
    Għalhekk għedt li jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom.
    Qaddis tal-jum: San Florjanu