Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 8:4-6,9-12
Salm: 
118 (119):2,10,20,30,40,131

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri: “Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju”; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”

Qaddis tal-jum: San Anton Marija Zaccaria, presbiteru