• San Luqa 11:1-4

    Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.” U qalilhom: “Meta titolbu, għidu,

                 ‘Missier, jitqaddes ismek,

                 tiġi Saltnatek.

                 Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum.

                 U aħfrilna dnubietna,

                 għax aħna wkoll naħfru lil kull min

                 hu ħati għalina,

                 u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’ “

    Qaddis tal-jum: Beatu Franġisku Xavier Seelos, Santa Marija Faustina Kowalska, Verġni,  San Plaċidu, Martri