• San Ġwann 16:23B-28
    Ġesù qal lid-dixxipli:
    Tassew tassew ngħidilkom,
    kull ma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom.
    Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi.
    Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.
    “Dan għedthulkom bit-tixbihat.
    Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat,
    imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier.
    Dakinhar intom titolbu f’ismi,
    u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom,
    għax il-Missier stess iħobbkom,
    billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla.
    Ħriġt mingħand il-Missier u ġejt fid-dinja.
    Se nerġa’ nħalli d-dinja u mmur għand il-Missier.”
    Qaddis tal-jum: Santa Roża Venerini