-
-
San Mattew 11:16-19
Ġesu qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Nxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajjtu lil sħabhom u jgħidu:‘Daqqejnielkom il-flawt,
u ma żfintux,
għannejnielkom in-niket,
u ma bkejtux!’Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Għandu fih xitan.’ Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u qegħdin jgħidu, ‘Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin.’ Imma l-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess.”
Qaddisin tal-jum: San Juan Diego Cuauhtlatoatzin, Santa Leocadia, Verġni u Martri