Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Tob 11:5-17
Salm: 145 (146):1b-2abċ,6ċ-7,8-9a,9bċ-10
L-Evanġelju: Mk 12:35-37
F’dak iż-żmien, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? David stess, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal: ‘Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk’. Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?”. U dik il-kotra kbira ta’ nies qagħdet tisimgħu bil-qalb kollha.
Qaddis tal-jum: San Efrem djaknu