-
True Light Catholic Media Foundation qed torganizza konkors bl-isem ta’ ‘Maltese Catholic Film Contest’ għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bejn l-14 u l-24 sena.
Il-parteċipanti huma mħeġġa joħolqu film ispirat mill-fidi Kattolika. Numru ta’ ġudikaturi (fosthom Fr Brendan Gatt u Matthew Sammut minn ICE) u l-pubbliku ser ikunu qed jivvotaw għall-aħjar film. Il-films għandhom jiġu sottomessi sal-aħħar ta’ Settembru 2018. Ir-rebbieħa ser jiġu ppremjati.
Dan il-proġett iħeġġeġ lil żgħażagħ Kattoliċi biex jinvolvu ruħhom b’mod attiv fil-produzzjoni ta’ midja li tippermettilhom jaqsmu l-fidi Kattolika ma’ sħabhom, u fl-istess ħin biex jitgħallmu aktar dwar il-fidi Kattolika u kif jikkomunikawha mal-oħrajn.
Tista’ ssib aktar dettalji dwar dan il-konkors fuq il-websajt www.tlcm.com.mt jew mill-paġna fuq Facebook Maltese Catholic Film Contest.
True Light Catholic Media Foundation (VO/1466) huwa appostolat tal-midja awdjoviżiv, iddedikat għall-evanġelizzazzjoni u l-katakeżi Kattolika permezz tal-midja.
15 -
-