Nhar il-Ħamis 4 ta’ Ottubru 2012, se ssir l-ewwel Laqgħa ta’ Informazzjoni dwar il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss se tittella’ mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ġewwa l-Kappella tal-Ħniena Divina, fin-Naxxar. Il-laqgħa, li ser tibda fis-7pm, se tispjega lill-parteċipanti interessati il-preparamenti li bħalissa għaddejin, kemm f’Malta kif ukoll madwar id-dinja.
Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ hija ċelebrazzjoni internazzjonali tal-insara żgħażagħ, u ssir kull semtejn jew tlieta. L-edizzjoni li jmiss, f’Lulju 2013, se ssir ġewwa Rio de Janeiro, l-Brażil. It-tema magħżula minn Papa Benedittu hija “Morru għamlu dixxipli mill-ġnus kollha” (Mt 28,19).
Aktar minn miljun żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja huma mistennija li jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet, inkluż numru sinjifikanti minn Malta u Għawdex. Aktar dettalji jinkisbu minn http://bit.ly/WYD13KDZ