L-aħħar erba’ xhur kienu ferm impenjattivi għall-Papa Benedittu XVI u għas-Santa Sede, b’attivtajiet li varjaw minn ftuħ is-sena tal-fidi, żjarat appostoliċi u djoċesani, messaġġi tematiċi u riflessjonijiet kateketiċi, fost attivitajiet u inizjattivi oħra. Ħarsa lejn il-kalendarju papali fl-aħħar erba’ xhur.

SETTEMBRU

4: Messaġġ imqanqal mill-Papa fil-funeral tal-Kardinal Carlo Maria Martini, Arċisqof emeritus ta’ Milan fl-Italja li miet fl-eta ta’ 85 sena fl-aħħar jum ta’ Awwissu li għadda

10: Laqgħa bejn il-Papa u t-tieni grupp ta’ Isqfijiet mill-Konferenza Episkopali tal-Kolumbja

14-16: Żjara Appostolika fil-Libanu

14: Pubblikazzjoni tal-Eżortazzjoni Appostolika Post-Sinodali tal-Assembela Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għal-Lvant Nofsani f’Bejrut, il-Libanu

18: Il-Papa jappunta l-Missirijiet tas-Sinodu għat-tlettax-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet bit-tema “L-Evanġelizzazzjoni l-ġdida għat-trasmissjoni tal-fidi nisranija”

20: Imut il-Kardinal Fortunato Baldelli, li kien penitenzjarju emeritus ewlieni tal-Penitenzjarju Appostoliku

21: Laqgħa tal-Papa mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Franċiża

25: B’inizjattiva tal-Kunsill Pontifiċju għall-Kultura, il-Kunvent Imqaddes t’Assisi u l-Assoċjazzjoni ‘Oicos Riflessioni, organizzat l-‘Atrium ta’ San Franġisk bit-tema “Alla, li ma nafux. Djalogu bejn dawk li jemmnu u dawk li ma jemmnux”

OTTUBRU

4: Żjara pastorali tal-Papa f’Loreto għall-50 anniversarju tal-pellegrinaġġ hemmhekk minn Papa Ġwanni XXIII

5: Iffirmat digriet dwar l-għoti ta’ indulġenza plenarja fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi bejn il-11 t’Ottubru 2012 u l-24 ta’ Novembru 2013

7-28:It-13-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-evanġelizzazzjoni l-ġdida

8: San Ġwann t’Avila u San Hildegard ta’ Bingen proklamati Dutturi tal-Knisja mill-Papa Benedittu XVI

11: Ftuħ is-Sena tal-Fidi

21: Quddiesa mill-Papa għall-kanonizzazzjoni ta’ seba’ qaddisin ġodda

29: Messaġġ mill-Papa għad-99 Jum Dinji ddedikat lill-Immigranti u Refuġjati (li jinżamm fit-13 ta’ Jannar 2013) bit-tema ‘L-Immigranti: Pellegrinaġġ ta’ Fidi u Tama’

31: Il-Papa jippresidei l-ewwel vespri tas-solennita tal-Qaddisin kollha

NOVEMBRU

10: Il-Papa jwaqqaf l-Akkademja Pontifiċja għal-Latin, taħt l-awspiċi tal-Kunsill Pontifiċju tal-Kultura

12: Żjara tal-Papa lill-komunita San Eġidjo fit-tifkira tas-Sena Ewropea ddedikata lill-anzjanita attiva u s-solidarjeta bejn il-ġenerazzjonijiet

16: Il-Messaġġ tal-Papa għat-28 Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2013 f’Rio de Janiero, il-Brażil, bit-tema ‘Morru u agħmlu dixxipli ġodda f’kull pajjiż’

17: Laqgħa tal-Papa mal-Isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Franċiża

20: Preżentazzjoni lill-media internazzjonali tal-ktieb “L-istejjer tal-infanzja”, it-tielet volum tat-triloġija ‘Ġesu ta’ Nażaret’ mill-Papa Ratsinger

24: Konċistorju Pubbliku Ordinarju jwitti t-triq għal sitt Kardinali ġodda

30: Indirizz tal-Papa lil tliet gruppi ta’ Isqfijiet mill-Konferenza Episkopali Franċiża

DIĊEMBRU

1: Pubblikazzjoni tal-Ittra Appostolika tal-Papa dwar “Is-servizz tal-Karita”

9: Inawgurazzjoni tal-Kungress Internazzjonali “Ecclesi in America” dwar il-Knisja fil-kontinent Amerikan

12: Il-Papa fuq Twitter

13: Udjenza fil-Vatikan ma’ sitt ambaxxaturi ġodda u ambaxxaturi non-residenti akkredidati lis-Santa Sede

16: Żjara pastorali lill-parroċċa Rumana San Patrizio al Colle Prenestino

17: Il-Papa f’udjenza mal-President tal-Awtorita Palestinjana, Mahmoud Abbas

17: Kompluti l-proċeduri bejn is-Santa Sede u r-Repubblika Ċiniża għad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim bejn il-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika u l-Ministeru tal-Edukazzjoni fiċ-Ċina dwar kollaborazzjoni bejniethom fil-qasam edukattiv

22: Maħfra mill-Papa lil ex-maġġordom tiegħu Paolo Gabriele