Studju ppubblikat dan l-aħħar fil-Kanada jikkonferma li hemm rabta qawwija bejn id-divorzju, rati ta’ faqar fost irġiel u nisa li jiddivorzjaw, kif ukoll l-impatt ħażin fuq l-ulied. Fl-istess ħin, jinnota li ħafna mill-għodda statistiċi dwar ir-rata tad-divorzju mhumiex eżatti, u aktarx ir-rati huma inqas miċ-ċifri allarmanti ħafna drabi kwotati.

L-istudju, ippubblikat mill-Istitut Vanier għall-Familja huwa intitolat ‘Divorce: Facts, Causes and Consequences’. L-awtriċi tar-rapport, il-Professur Anne-Marie Ambert, hi soċjologa rtirata mill-Università ta’ New York, fl-Istati Uniti.

Ir-rapport ta’ Ambert, fost l-oħrajn, ħares lejn il-fatturi li jwasslu għal divorzju. Fost l-oħrajn innutat li s-sekularizzazzjoni hi kawża ewlenija. “Għal ħafna, iż-żwieġ sar għażla individwali aktar milli patt quddiem Alla, u din il-bidla kkontribwiet għall-aċċettazzjoni tan-natura temporali taż-żwieġ,” hija qalet, waqt li nnutat li ż-żieda fl-enfasi għall-għażliet individwali kienet komparata maż-żieda fir-rati tad-divorzju.

Biex tkun taf aktar dwar din l-istorja, żur is-sit www.il-gensillum.com jew agħfas hawn.