-
-
c
Is‑serata ta’ inawgurazzjoni tibda fis‑6:00 p.m. b’quddiesa ċċelebrata mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Wara l-Quddiesa jsir il‑kunċert mill‑Maestro di Cappella, b’repertorju li jikkonsisti f’siltiet ta’ mużika klassika mill‑kompożituri Johann Sebastian Bach, Felix Mendelssohn, Gabriel Pierne u Julius Reubke.
Il-Maestro Hamish Dustagheer, pjanista u organista, twieled fl‑1992 u studja fir‑Royal College of Music ta’ Londra. Fl‑2016, Dustagheer temm b’suċċess kors post‑graduate mill‑Università ta’ Oxford, fejn gradwa b’Master fil‑Filosofija fil‑Mużika minn New College. Maestro Dustagheer kien l-organista titulari ta’ Quarr Abbey, l-organista u d-direttur tal‑kor ta’ Blackfriars u l-organista ta’ Campion Hall, f’Oxford, l-Ingilterra.
L‑irwol tal‑Maestro di Cappella hu li jipprepara u jidderieġi l‑mużika u l‑kor fiċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil‑Katidral Metropolitan tal‑Imdina u fil‑KonKatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, kif ukoll jippromwovi l‑mużika liturġika fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta.
-
Ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja