Matul ix-xahar ta’ Diċembru, l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI se tkun “sabiex il-popli kolha jikbru fl-armonija u l-paċi permezz ta’ rispett u fehim”.
L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, ħabbret l-intenzjonijiet tat-talb tal-Kap tal-Knisja għax-xahar li ġej. Minbarra l-intenezjoni ġenerali, ħabbret ukoll l-intenzjoni missjunarja.
Qalet li “l-Papa se jitlob sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu messaġġiera tal-Evanġelju, u jkunu rispettati u mħarsa minn kull sfruttament uv jolenza”.