L-Appostolatura tal-Vatikan ħabbret l-intenzjonijiet għat-talb tal-Papa matul ix-xahar ta’ Ġunju .
Fl-intenzjoni ġenerali tiegħu fit-talb, il-Papa se jitlob biex fost il-popli kollha tad-dinja tipprevali kultura ta’ djalogu, smigħ u rispett reċiproku.
Bħal kull xahar, titħabbar ukoll l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Kap tal-Knisja Kattolika. Matul dan ix-xahar ta’ Ġunju, il-Papa qed jitlob sabiex fejn is-sekularizzazzjoni hi l-iktar b’saħħitha, il-komunitajiet Insara jippromwovu b’effettivita l-evanġeliżżjoni l-ġdida”.