L-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa Benedittu XVI matul Novembru hi li “kull persuna fid-dinja, speċjalment dawk li għandhom responsabbilta fil-qasam politiku jew dak ekonomiku, ma tfalli qatt milli timpenja ruħha tissalvagwardja l-ħolqien”.
Intant, l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa għal Novembru se tkun “biex dawk li jħaddnu twemmin differenti, juru permezz tax-xiehda tal-ħajja tagħhom stess u d-djalogu fratern, li l-isem ta’ Alla huwa għajn li minnha titnissel il-paċi”.