Matul ix-xahar ta’ Frar, il-Papa Benedittu XVI se jitlob biex il-popli jkollhom aċċess għall-ilma u riżorsi oħra bażiċi u meħtieġa għall-ħajja ta’ kuljum. Dan ħabbritu l-Appostolatura tat-Talb tal-Papa fil-Vatikan.
Bħal kull xahar, titħabbar l-intenzjoni missjunarja. Tul Frar, il-Kap tal-Knisja Kattolika se jitlob sabiex il-Mulej isostni l-isforzi tal-ħaddiema tas-saħħa li fir-reġjuni l-iktar fqar tad-dinja qed jassistu lill-morda u lill-anzjani.