Tul ix-xahar ta’ Novembru, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob sabiex dawk morda b’mard terminali jsibu l-appoġġ mill-fidi tagħhom f’Alla u mill-imħabba ta’ ħuthom il-bnedmin. Din hi l-intenzjoni ġenerali tat-talb tiegħu għax-xahar li ġej.
Bħas-soltu, l-Appostolatura tat-talb tal-Papa, tħabbar ukoll l-intenzjoni missjunarja tat-talb tal-Papa, li għal Novembru se tkun “sabiex ċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Missjoni inissel fil-poplu t’Alla passjoni lejn l-evanġelizzazzjoni, b’sens ta’ rieda fihom biex jappoġġjaw il-missjonijiet b’talb u għajnuna ekonomika, partikolarment fil-każ tal-ifqar knejjes”.