His mission intention is: “That every believer in Christ may be conscious that unity among all Christians is a condition for more effective proclamation of the Gospel”.
Matul dan ix-xahar ta’ Jannar, il-Papa Benedittu XVI qed jitlob b’mod partikolari biex iż-żgħażagħ jużaw il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali bl-aħjar mod possibbli għat-tkabbir personali tagħhom u sabiex ikunu ultimament iktar imħejjija jservu lis-soċjeta.
Bħal kull xahar l-Appostolatura ta’ talb tal-Papa ħabbret anki l-intenzjoni missjunarja tal-Kap tal-Knisja tul Jannar 2011. Huwa qed jitlob ukoll “biex kull min jemmen fi Kristu ikun konsapevoli l-ħin kollu li l-għaqda fost l-insara hi kundizzjoni għal proklamazzjoni iktar effettiva tal-Vanġelu”.