-
L-iSport huwa Evanġeliżżazzjoni
-
Il-Kummissjoni Djoċesana Sport se torganiżża sessjoni interattiva dwar evanġeliżżazzjoni bl-isport, ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Università fl-Imsida, nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar minn 19:30 sa 20:45.
Missjunarji Sportivi se jaqsmu l-esperjenza tagħhom fi bliet Ewropej mal-mexxeja taż-żgħażagħ f’Malta. It-tema ‘True Chirstian. True Values. Through Sport.’, twassal modi effettivi kif l-isport jista’ jiġi integrat fi programmi formattivi bħala meżż ta’ evanġeliżżazzjoni maż-żgħażagħ.Matul iż-żjara tagħhom f’Malta, il-mistiedna Missjunari Sportivi se jkollhom laqgħat ukoll ma’ atleti lokali kif ukoll ma’ għalliema ta-edukazzjoni fiżika. Aktar informazzjoni tista’ tintalab mill-Kummissjoni Djoċesana Sport fuq [email protected].