L-Isqfijiet Amerikani approvaw fondi għal iktar minn għaxar proġetti fil-Ħaiti, reġjun milqut miċ-ċaqliq tal-art. Hekk l-ammont ta’ għajnuna mibgħuta mill-konferenza episkopali jaqbeż il-miljun dollaru Amerikan. Wara t-terremot ta’ qawwa 7 fuq l-iskala Richter f’Jannar li għadda, ġabra li saret fid-djoċesijiet Amerikani ammontat total ta’ madwar 80 miljun dollaru Amerikan f’għajnuna għall-Ħaiti. Is-sottokumitat tal-Knisja fl-Amerika Latina fi ħdan il-Konferenza Amerikana tal-Isqfijiet Kattoliċi, li qed jamministra l-fondi, iltaqa’ riċentament biex japprova l-fondi għall-proġetti, li jammontaw għal 212,700 dollaru Amerikan.
“Qed nagħmlu mill-aħjar biex nassiguraw li l-fondi jingħataw u jintużaw għal proġetti li jagħtu għajnuna tanġibbli lill-kattoliċi fil-Ħaiti”. Hekk stqarr l-Isqof Awżiljarju Guy Sansaricq, Ħaiti-Amerikan fi Brooklyn, li huwa wkoll membru tal-grupp ta’ konsulenza għal Ħaiti.
Il-proġetti jinkludu fondi għal trakk għall-użu tad-djoċesi ta’ Jacmel. Hu maħsub li dan it-trakk jintuża biex jitneħħa d-dehbrien minn proprjetajiet tal-Knisja. Jinkludi wkoll għotja għal taħriġ ta’ seminaristi u persuni oħrajn reliġjużi, kif ukoll programmi ta’ litteriżmu għall-adulti fid-djoċesi Port-de-Paix u programme ta’ evanġelizzazzjoni.
L-Arċisqof ta’ Boston, membru wkoll tal-grupp ta’ kunsulenza, il-Kardinal Sena O’Malley, qal li waqt iż-żjarat f’Ħaiti eżattament wara t-terremot huwa aċċenna għall-fatt li “l-Knisja se tkun t’appoġġ kontinwu u fit-tul” ma’ dan il-poplu fil-mumenti diffiċli tiegħu.
WASHINGTON, D.C., (Zenit.org)