CCEE

Il-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali tal-Ewropa, is-CCEE, qed idawwar ħarstu lejn l-evanġelizzazzjoni l-ġdida, b’żewġ laqgħat skedati fuq is-suġġett matul dan ix-xahar. Bdiet diġa laqgħa tas-Segretarji Ġenerali u sa tmiem il-ġimgħa ssegwi laqgħa tal-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni li se tħares lejn l-evanġelizzazzjoni l-ġdida fil-kontinent Ewropew.

Stqarrija tal-Kunsill tal-Konferenzi Epsikopali Ewropej innotat li dinhi l-ewwel darba li s-Segretarji Ġenerali ul-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni tlaqqgħu flimkien biex jiddiksutu l-kwistjoni tal-komunikazzjoni tal-Knisja. Quddiem is-Segretarji hemm aspetti speċifiċi tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida, inkluż il-ħajja spiritwali f’nofs il-ħajja mgħaġġla u stressata tal-lum. Mhux hekk biss, imma anki r-relazzjoni bejn il-kultura u l-fidi.

Ir-rappreżentanti tal-Uffiċċju Stampa mbagħad,mal-wasla tagħhom, jiffukaw fid-diskussjoni tagħhom mas-Segretarji l-proklamazzjoni tal-Vanġelu f’ċirkostanzi diffiċli.

Is-Sibt filgħaxija jkun preżentat fl-ewwel verżjoni tiegħu l-Portal b’informazzjoni istituzzjonali tal-Konferenzi Episkopali fl-Ewropa…EuroCathInfo. Issegwi r-riflessjoni tal-Uffiċjali tal-Komunikazzjoni dwar l-evanġelizzazzjoni l-ġdida.