-
L-Isqfijiet isellmu u jirringrazzjaw lill-President George Abela
-
It-Tnejn 24 ta’ Marzu 2014, il-Konferenza Episkopali Maltija għamlet żjara ta’ korteżija lill-President George Abela, fi tmiem it-terminu tiegħu. Għal din il-laqgħa li saret fil-Palazz ta’ San Anton, kienu prezenti l-Isqof Mario Grech (President tal-Konferenza Episkopali), l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P., in-Nunzju Appostoliku, Mons Aldo Calvalli, l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Arcisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca.
-
-
Ritratti: Photocity
www.photocitymalta.com