Nhar l-Erbgħa u l-Ħamis, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ingħaqdu mal-istudenti li se jiggadwaw mill-Università ta’ Malta fil-ġimgħat li ġejjin waqt konċelebrazzjoni li saret għalihom fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. B’kollox din is-sena se jiggradwaw 2,816 student, li fosthom 1,633 huma nisa.
Waqt l-omelija tiegħu nhar l-Erbgħa, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, waqt li rringrazzjahom għall-impenn li qed jieħdu fis-soċjetà Maltija, bħala riżultat tal-istudji tagħhom, fl-istess waqt ħeġġiġhom biex bil-professjoni varji tagħhom iwettqu bidla għall-aħjar fis-soċjetà Maltija.
Min-naħa tiegħu l-Isqof Mario Grech xtaq lill-għadd kbir ta’ gradwati miġbura f’San Ġwann nhar il-Ħamis dak li Ġesù xtaq lil Ġerusalemm, skont kif insibu fil-Vanġelu ta’ San Luqa: “Dak li Ġesù xtaq lil Ġerusalemm, nixtiequ lilkom żgħażagħ li llum inġbartu f’dan it-tempju biex troddu ħajr lil Alla wara li temmejtu l-kors tagħkom fl-Università: mhux li tagħrfu f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalikom!”
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com