Nhar l-1 ta’ Jannar 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., l-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna u l-Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca attendew għall-Festa ta’ Ġenerożita li sar fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza b’risq proġetti għal persuni bi bżonnijiet differenti. F’din il-maratona inġabru ftit inqas minn miljun ewro, organizzata minn RTK 4 Charity.
Is-somma ta’ €975,401 kienet l-ogħla somma li qatt inġabret f’dawn is-sbatax-il sena minn meta Radju RTK ilu jtella’ din l-attività b’risq id-Dar.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef, irringrazzja lil kull min ta’ sehemu fl-organizzazzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità. L-ikbar ringazzjament mar għal poplu Malti kollu talli għal darb’oħra kien solidali mad-Dar tal-Providenza u l-flus miġbura se jgħatu ħajja xierqa u aħjar lil kważi 100 resident tad-Dar tal-Providenza.