-
-
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqa’ mal-ommijiet u l-qraba tal-missjunarji saċerdoti, reliġjużi u lajċi Maltin. Il-25 persuna li attendew għal din il-laqgħa organizzata mill-Kummissjoni Emigranti kienu qed jirrappreżentaw lill-qraba tagħhom li bħalissa qed jagħtu servizz fil-Perù, il-Brażil, il-Kenja, Kuba, New Zealand, l-Italja, l-Indja u l-Filippini.
Wara l-laqgħa, l-Isqof iċċelebra quddiesa fejn matul l-omelija tiegħu saħaq fuq ir-rigal tal-imħabba u li ma hemmx rigal akbar milli tagħti ħajtek għall-proxxmu. Mons. Galea-Curmi qal li l-qraba tal-missjunarji għamlu rigal ta’ mħabba għaliex offrew lill-għeżież tagħhom għall-ħajja missjunarja.
-
Ritratti: knisja.mt/ritratti
-
-