Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Jannar 2013, il-membri kollha tas-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M) inġabru flimkien fl-Awditorjum, fid-Dar Ġenerali l-Blata l-Bajda f’laqgħa ta’ merħba mal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju. Matul il-laqgħa saret riflessjoni fuq ir-rabta li San Ġorg Preca ried li s-Soċjeta’ jkollha mal-Knisja u l-għan tagħha li tgħin lir-Ragħaj Spiritwali fil-kura tal-erwieħ permezz tal-katekeżi. Fil-messaġġ tiegħu, l-Isqof ukoll qasam ħsieb dwar l-istess tema. Fi tmiem il-laqgħa s-Superjur u s-Superjura Ġenerali ppreżentawlu salib pettorali tal-fidda bix-xbihat ta’ San Pawl, San Ġwann il-Battista u San Mikiel. Fis-salib hemm ukoll relikwa ta’ San Ġorg Preca.
Photo: Joe Galea SDC