L-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, llum ħalla Malta għal Ruma biex jattendi għall-Quddiesa inawgurali fil-bidu tal-Pontifikat tal-Papa Franġisku. Din il-Quddiesa ser issir għada, it-Tlieta 19 ta’ Marzu, fid-9.30 a.m. fi Pjazza San Pietru. L-Isqof Scicluna ser ikun qed jattendi f’isem il-Konferenza Episkopali Maltija.
L-Isqof Charles J. Scicluna jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li għal din iċ-ċelebrazzjoni, il-poplu Malti ser ikun rappreżentat mill-ogħla awtoritajiet tal-Istat: il-President ta’ Malta Dr George Abela, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Lawrence Gonzi.