• Nhar il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna żar il-Proġett Fotografiku ‘Islelanders’, proġett ta’ Darrin Zammit Lupi, fil-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt Valletta. Islelanders huwa proġett tal-arti fotografika, ibbażata fuq l-esperjenzi ta’ foto-ġurnalist, li jiddokumenta l-ħajjiet ta’ persuni li jfittxu ażil u immigranti, fil-vjaġġ tagħhom huma u jaqsmu l-baħar Mediterran.

  • Ritratti: Rebecca Zammit Lupi