L-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech flimkien ma’ 265 Isqof minn madwar id-dinja qiegħdin jiltaqgħu għat-13-il Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. L-Evanġelizazzjoni l-Ġdida, hija t-tema li l-Papa Benedittu XVI għażel għal dan is-Sinodu li jaħbat f’għeluq il-50 anniversarju mill-Konċilju Vatikan II. Fi kliem l-Mons. Grech, “il-bniedem tal-llum qed jipprova kollox u jibqa’ jħoss il-vojt, u propju f’dak il-vojt għandna nerġgħu inxandru u ngħinuh jiltaqa’ ma’ Kristu.”

Mons. Grech tkellem ukoll fuq dawk li huma “għajjenin fil-ħajja tal-fidi” u semma r-raġunijiet għalfejn qiegħed iseħħ dan, fosthom li n-Nisrani jonqos milli jitkellem fuq Kristu b’ħeġġa u entużjażmu.