“Hemm ir-riskju li l-kritika li Ġesù għamel lil-Lhud meta fit-tempju qalilhom “dar Missieri għamiltuha suq”, tkun tgħodd għalina l-Insara llum! Fil-fehma tiegħi hemm żewġ modi kif ir-reliġjon nistgħu nirrenduha ‘suq’. Hemm min jidhirlu li jista’ jkun Nisrani, imma fl-istess waqt iħossu ħieles li f’isem Kristu, jgħid li jrid. Hemm, imbagħad, min jaċċetta dak li jaqbillu mit-tagħlim ta’ Kristu u jwarrab dak li ma tantx jogħġbu, bħal meta wieħed imur madwar il-bankijiet li jarmaw fis-suq u ‘jieħu’ jew ‘iħalli’ dak li jfettillu.
Hekk sostna l-Isqof Mario Grech l-Ħamis, waqt omelija li għamel fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, ir-Rabat, Għawdex, fl-okkażjoni tal-festa tad-dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran.
Il-Bażilika tal-Lateran fil-belt ta’ Ruma, iddedikata lil San Ġwann, hi s-sede tal-Papa bħala kap tad-Djoċesi ta’ Ruma. Kien l-Imperatur Kostantinu li bena din il-Bażilika fuq l-għolja tal-Lateran. Skont it-tradizzjoni, din il-knisja hi meqjusa bħala ‘l-Omm u r-ras tal-knejjes kollha tal-Belt u tad-Dinja’, kif ukoll bħala sinjal ta’ mħabba u għaqda mal-Katedra ta’ Pietru. Hu għalhekk li l-festa tad-dedikazzjoni tal-Bażilika tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com