-
-
Waqt l-attività annwali fuq il-kampus tal-Università, The Orange Campaign, l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (Għ.S.T.) rnexxielha tiġbor €1,200 mill-bejgħ tal-għasir tal-larinġ, liema flus se jmorru għal Dar Ħosea, li tagħti appoġġ lil nisa vulnerabbli li jkunu rrikorrew għall-prostituzzjoni.
The Orange Campaign saret fuq medda ta’ jumejn: mit-Tnejn 4 sat-Tlieta 5 ta’ Diċembru 2017.
Fost il-persuni li żaru l-attività u anke taw daqqa t’id kien hemm il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, u anke r-Rettur tal-Università, il-Prof. Alfred Vella.
Din l-attività saret possibbli grazzi għall-għajnuna tal-voluntiera , tal-Università ta’ Malta, taċ-Chaplaincy, tal-Kunsill Studenti Universitarji u tan-nies li għoġobhom jagħtu larinġ, ħlewwiet, tagħmir għat-tagħsir tal-larinġ.
-
-
-
-
Ritratti: Għaqda Studenti tat-Teoloġija