Ġentilment ninfurmawkom li illum il-Ġimgha 15 ta’ Frar 2013, il-Kurja tal-Arċisqof se tkun magħluqa bejn id-8.30 a.m. u s-2.00 p.m. L-Isqfijiet, is-saċerdoti u l-impjegati lajċi tal-Kurja, tat-Tribunal Ekkleżjastiku u tal-Caritas se jkunu għal irtir fl-okkażjoni ta’ żmien ir-Randan.

Jekk inti ġenitur u tixtieq informazzjoni dwar id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja ċempel fuq 27790060 jew mur fuq http://knisja.mt/lang/en/church-schools/ għal iktar informazzjoni.